Pitkalija Applications

Il-Malta Food Agency tistieden lill-bdiewa, produtturi agrikoli, għaqdiet, kumpaniji jew sħubiji kollha li huma interessati jbiegħu prodotti agrikoli fis-suq tal-Pitkalija sabiex jissottomettu applikazzjoni flimkien mad-dokumenti meħtieġa.

Għan tal-Applikazzjoni

Il-Pitkalija hija stabbilita u regolata permezz tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja L.S. 639.12 u l-emendi sussegwenti tagħha.  Il-Malta Food Agency hija responsabbli mir-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tal-attivitajiet li jsiru fi ħdan is-Suq, filwaqt li tiżgura l-konformita mar-regolamenti u d-direttivi applikabbli.

Il-Malta Food Agency hija impenjata li ttejjeb il-valur, il-kwalità u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli tal-ikel lokali billi tappoġġja l-katina tal-provvista tal-ikel f’kull stadju tagħha, mill-produzzjoni sat-tqegħid fis-suq, il-bejgħ u l-kummerċjalizzazzjoni.

Din l-applikazzjoni tifforma parti mill-isforzi kontinwi tal-Aġenzija sabiex tikseb fehim aktar komprensiv tas-sitwazzjoni attwali fi ħdan is-settur. L-informazzjoni miġbura ser tippermetti lill-Aġenzija tevalwa l-kundizzjonijiet eżistenti, tidentifika l-opportunitajiet u l-isfidi, u tiżviluppa miżuri li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi strateġiċi tagħha u għall-iżvilupp sostenibbli tas-settur agroalimentari ta’ Malta.

Perjodu għall-preżentazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet: 26 ta’ Ottubru, sat-18 ta’ Diċembru 2026

Sottomissjoni ta’ l-Applikazzjoni: Uffiċċju tal-Customer Care, Malta Food Agency, Pitkalija, Ta’ Qali, mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8.00am sa 12.00pm.

Formola tal-Applikazzjoni u Dokumenti Meħtieġa:  L-applikazzjoni tista’ tinġabar mill-Uffiċju tal-Customer Care tal-Malta Food Agency mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8.00am sa 12.00pm.  L-applikanti jistgħu jniżżlu l-Formola tal-Applikazzjoni u lista tad-dokumenti meħtieġa mill-links li ġejjin:

Dokumenti
Dokumentazzjoni meħtieġa dwar l-applikant
Applikazzjoni – Pitkalija