Imniedi proġett pilota

Il-Ministru Anton Refalo ħabbar it-tnedija ta’ proġett pilota, hekk kif imwiegħed fil-manifest elettorali, li permezz tiegħu ser jsaħħaħ u jkompli jagħti identità lill-prodott lokali tal-bdiewa Maltin u Għawdxin.
Permezz tal-proġett pilota, ser jiġi introdott tikkettar li jidentifika l-istabbilimenti li jagħmlu użu minn prodotti lokali. Fost dawn l-istabbilimenti hemm ristoranti, ħwienet tal-merċa u anke agri-turiżmu li jbiegħu, jipproċessaw jew iservu ħaxix li jkun tkabbar b’metodi li jkollhom ftit jew xejn impatt fuq l-ambjent.