Zjara lil numru ta’ bdiewa

Illum is-CEO Brian Vella flimkien mal-Business Development Unit, żaru numru ta’ bdiewa waqt li kienu qed jaqtgħu l-frawli.
Kienet opportunità sabiħa fejn il-bdiewa setgħu jaqsmu l-esperjenza tagħhom u għallmuna aktar dwar it-tkabbir tal-frawli u ddiskutejna kif il-Malta Food Agency tista’ tkompli tkun t’appoġġ għall-bdiewa billi insaħħu l-aċċessibilità għas-swieq.
Frawli frisk, sabiħ u sustanzjuż, li jibda triqtu għall-Pitkalija biex jasal fuq l-imwejjed tad-djar tagħna.
Grazzi lill-bdiewa għax-xogħol tagħhom, li dejjem għaddejjin bil-ħidma sabiex ikabbru prodott lokali bnin.