Farmers Market Birgu

Il-Farmers Market tal-Malta Food Agency se jibda jarma ukoll ġewwa l-Birgu.
Ic-CEO, Brian Vella , ħabbar illi f’ħidma konġunta bejn il-Malta Food Agency, il-Kunsill Lokali tal-Birgu, is-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u l-Ministeru Għall-Agrikoltura, Is-Sajd U D-Drittijiet Tal-Annimali wasalna sabiex is-Sibt fil-15 t’April jibda jarma l-Farmers Market fil-Birgu.
Dan se jkun qed jarma kull nhar ta’ Sibt, fis-7am, fi Triq il-Ġublew tal-Fidda, Birgu. Il-konsumatur se jkollu l-opportunita illi jixtri prodotti lokali minn post wieħed fejn se jkun hemm għażla ta’ ħaxix, frott, tiġieġ, bajd, ħut, prodotti ppreservati fost oħrajn.

Ritratti: DOI

Farmers Market Birgu