Zjara Emirati Arab Maghquda

Waqt żjara ta’ delegazzjoni fl-Emirati Għarab Magħquda, iċ-Chief Business Development Officer tal-Malta Food Agency, Justin John Camilleri iltaqa’ ma UAE Ministry of Industry & Advanced Technology u Dubai Food Safety and Compliance Department fejn ġew diskussi rekwiżiti tal-istandards tal-kwalità u tal-kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti friski. Dawn ir-relazzjonijiet ser jappoġġaw l-isforzi tagħna biex niżviluppaw l-istrateġiji t-tajba biex inżidu l-valur għall-prodott lokali.

Kif ukoll ICBA – International Centre for Biosaline Agriculture u CropOne – l-akbar farm vertikali fid-dinja fejn ġew diskussi inizjattivi ta’ riċerka f’ambjenti ta’ sfida u l-użu ta’ teknoloġiji differenti fl-agrikoltura. Dawn ir-relazzjonijiet ser jappoġġaw il-kooperazzjoni u ser jgħinuna nimmiraw kwistjonijiet komuni u niskambjaw l-għarfien u l-esperjenza biex insaħħu s-sostenibbiltà tas-settur agrikolu.

Gulfood u s-suq tal-ħut f’Dubai biex naraw x’qed jagħmlu l-kumpaniji globali tal-ikel fl-agrikoltura u s-sajd biex jissodisfaw ix-xejriet u l-ħtiġijiet tas-suq. Kienet opportunità tajba biex iżur il-Padiljun Malti minn TradeMalta f’Gulfood fejn il-kumpaniji Maltin tal-ikel u x-xorb juru l-prodotti tagħhom fuq skala globali, fosthom kien hemm xi prodotti magħmula minn prodotti lokali. Dawn ir-relazzjonijiet u l-inizjattivi jżidu l-valur għall-isforzi tagħna fir-riċerka u l-analiżi tas-suq.

Grazzi għall-E.T. Maria Camilleri Calleja, Ambaxxatur tar-Repubblika ta’ Malta għall-Emirati Għarab Magħquda għall-appoġġ tagħha fil-koordinazzjoni taż-żjara u fit-twaqqif tar-relazzjonijiet.
Grazzi lil Bjorn Azzopardi, Direttur għall-Iżvilupp tal-Politika u l-Implimentazzjoni tal-Programm fi ħdan il-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali talli ngħaqad mad-delegazzjoni.
Grazzi lil Carmen Walls, Manager ta’ TradeMalta talli ggwidatna fil-Maltese Pavilion f’Gulfood.

Zjara Emirati Arab Maghquda
Zjara Emirati Arab Maghquda