Hon Minister Anton Refalo

F’konferenza li ġiet organizzata mill-Malta Food Agency, bit-tema L-evoluzzjoni tas-swieq tal-ikel lokali, tajna rendikont tax-xogħol li għamlet l-aġenzija matul l-aħħar sena lir-rappreżentanti ta’ stakeholders ewlenin.

Il-kap eżekuttiv tal-aġenzija tal-ikel, is-Sur Brian Vella spjega x-xogħol li qed isir mill-aġenzija u il-pjanijiet li hemm għall-futur biex nilħqu l-viżjoni illi nwasslu prodott lokali tal-ikel ta’ kwalità u ta’ valur fi swieq differenti.


F’diskussjoni interessanti bejn dawk preżenti, ikkonsultajna magħhom kif nistgħu naħdmu flimkien biex inkomplu nevolvu is-swieq tal-ikel lokali u nżidu s-sostenibbiltà tas-settur tagħna.
Inħarsu l-quddiem li naħdmu flimkien biex naraw dan is-settur jissaħħaħ u jikber.