Fil-bidu ta’ Lulju l-ħidma tal- Malta Food Agency, l-aġenzija li l-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, waqqaf bħala parti mit-tiġdid fis-settur agrikolu, ġiet rikonoxxuta fit-tieni post fin-National Supporting Business Awards, kategorija Supporting the Sustainability Transition: bir-Riforma tal-Pitkalija.
Il-premju li ngħata lil aġenzija ġie mogħti bħala donazzjoni lil Equal Partners Foundation.

Brian Vella – CEO
Onorati li l-ħidma tagħna qed tiġi rikonoxxuta billi ġejna it-tieni post fin-National Supporting Business Awards fil-kategorija Supporting the Sustainability Transition: bir-Riforma tal-Pitkalija.
Nirringrazzjaw il-Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet illi irrikonoxxu l-isforzi tagħna. Silvio Schembri
Grazzi ukoll lill-Onorevoli Anton Refalo, Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali tas-sapport kontinwu tieghu.
Grazzi lil kull min jgħinna, jagħtina appoġġ u jikkopera sabiex din ir-riforma kienet waħda ta’ suċċess.