Rilokazzjoni tas-Suq tal-Bdiewa/Farmers’ Market

Il-Malta Food Agency tinforma lil pubbliku ġenerali li s-Suq tal-Bdiewa magħruf ukoll bħala Farmers’ Market mit-2 ta’ Awissu 2022 ‘il quddiem sakemm jitlesta l-proġett tas-Suq tal-Bdiewa l-ġdid mexa għaii-post ieħor f’Ta’ Qali.

Parti mill-ħidma li hi għaddejja fuq il-proġett il-ġdid tas-Suq tal-Bdiewa li qed issir mill-Project Design and Engineering Directorate fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali. Il-proġett tas-Suq tal-Bdiewa ġdid għandu l-għan li joffri faċilitajiet aħjar lill-bdiewa/sajjieda u produtturi lil viżitaturi u l-konsumatur.

Is-Suq tal-Bdiewa jinstab armat kull nhar ta’ Tlieta u s-Sibt mis-07:00 ta’ filgħodu sat-15:00 ta’ wara nofs in-nhar, fil-parkeġġ tal-Park Nazzjonali. Numru ta’ tabelli twahhlu fiz-zona biex jaghtu direzzjoni lejn is-suq.

Post/Location: https://www.google.com/maps/place/Parking+lot,+Attard/@35.8940344,14.4223709,20z/data=!4m12!1m6!3m5!1s0x130e51d3e703d6e1:0xa3ebad8c6059ad27!2sTa’+Qali+Farmers’+Market!8m2!3d35.8996777!4d14.4207254!3m4!1s0x130e51cda080aa73:0xa58364cc08240f6f!8m2!3d35.8939044!4d14.4227515

Infakkru li mis-swieq tal-bdiewa ukoll dak tal-Birgu li jarma s-Sibtijiet fl-istess hin, wiehed jista’ jixtri dirett minghand il-bidwi, sajjied, produttur jew inkella Koperattivi ta’ l-istess produtturi prodotti lokali agrikoli jew inkella hut li jkun zbarkat Malta bi prezz gust. L-ghan ta’ l-Agenzija huwa li ittejjeb is-Swieq tal-Bdiewa prezenti u li tkompli tahdem lejn il-progett il-gdid.

Grazzi