Titwaqqaf is-Sezzjoni tas-Sorveljanza fi ħdan il-Malta Food Agency, inawgurata mill-Onorevoli Anton Refalo, Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u s-Sur Brian Vella, CEO tal-Malta Food Agency.
Is-Sur Vella spjega kif din is-sezzjoni se tkun qed tassigura li l-prodott lokali ikun immarkat tajjeb, kif ukoll jiġu implimentati standards għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ frott u ħaxix frisk, xi ħaġa li s’issa Malta hi waħda mil-ftit stati membri tal-Ewropa li m’għandhomx.
Din is-sezzjoni se tkun ukoll qed tieħu ħsieb tibdil f’liġijiet relatati mal-ikel u tirregola il-farmer’s market.
Din il-ħidma ser tkun qed tagħti valur lill-prodott tal-bdiewa tagħna u lill-konsumatur.