L-istudenti tal-Baċelerat fix-Xjenza fil Home Economics — BSc (Hons) Home Economics taħt is-superviżjoni tal-Prof. Suzanne Piscopo u Dr. Erika Pace, bil-kollaborazzjoni tal-Malta Food Agency u l-bdiewa tal-Farmers’ Market, Ta’ Qali fit-28 ta’ Mejju ser jorganizzaw attività bil-għan li inti l-konsumatur jieħu ideat kif jista’ juża l-prodott agrikolu lokali biex jipproduċi ikel bnin u frisk. Ejja l-Farmers’ Market, Ta’ Qali iltaqa’ mal-bdiewa/sajjieda/produtturi u għaqdiet tal-produtturi, ixtri u ipparteċipa fl-attività.

Is-Suq tal-Bdiewa ta’ Ta’ Qali jarma kull nhar ta’ Tlieta u s-Sibt mis-7:00 sas-13:00.

Post: Faċċata tal-Klinika ta’ l-annimali San Franġisk.

Ixtri prodotti agrikoli lokali, frisk u ta’ l-istaġun direttament mingħand il-bidwi/sajjied/produttu/għaqdiet tal-produtturi stess – Farmers’Market/Swieq tal-Bdiewa