Bi pjaċir ilqajna fosta lill-Ministru Anton Refalo għall-ftuħ uffiċjali tal-faċilita’ l-ġdida tal-ħasil tal-kaxxi. Dan huwa wieħed mill-investimenti importanti li għamlet il-Malta Food Agency li minnu ser igawdu l-bdiewa tagħna kif ukoll il-konsumtur Malti.
Ħabbarna wkoll ‘App’ ġdida bl-isem ta’ ilbidwi.gov.mt li permezz tagħha kull bidwi se jkun jista’ jaċċessa l-informazzjoni personali tiegħu, fosthom kemm inbiegħ il-prodott tiegħu.